Il-la valette multi manager property fund tilwima mal-la valette funds sicav, bov u vfm stqarrija ta’ aggornament ghall-istampa

11/07/2016

Finco Treasury Management Ltd (“Finco”) tavza li fil-granet li ghaddew issottomettew numru sostanzjali ferm ta’ lmenti f’isem investituri fil-La Valette Multi Manager Property Fund (“il-Fond”) lill-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji in konnessjoni mat-tilwima mal-La Valette Funds SICAV, il-Fund Manager tal-istess Fond, il-Valletta Fund Management Ltd (“VFM”), u l-Kustodju tal-Fond (u intermedjarju ta’ bejgh ewlieni), il-Bank of Valletta plc (“BOV”). 

L-investituri li ssottomettew l-ilment taghhom lill-Arbitru jikkonsistu kemm fi investituri li kienu rcevew €0.75 kull sehem fi Gunju 2011 kif ukoll ohrajn li kienu rcevew €0.25 addizzjonali fi Jannar 2013.  L-ishma fil-Fond kienu nxtraw bi prezzijiet sa  €1.1650 kull sehem, u dan apparti kummissjoni inizzjali ta’ 4%, u l-imghax mitluf.  L-investituri isostnu li ma gewx restawrati fil-pozizzjoni finanzjarja precedenti ghall-investiment u dan minkejja li l-Fond tmexxa b’mod kuntrarju ghal dak li kien jistabilixxi l-Prospectus tal-Fond.  Tabilhaqq ir-Restrizzjonijiet ta’ Investiment – jigifieri l-eskluzjoni li jsiru certu investimenti spekulattivi – kienu miksura mis-SICAV  u mill-VFM b’mod manifest, kontinwu u ripetut fir-rigward tal-parti l-kbira tal-investimenti li ghamel il-Fond, u kien dan li kkawza t-telf massicc involut.  Aghar minn hekk, il-BOV, bhala Kustodju li kellu jaghmel ghassa fl-interess tal-investituri, hareg rapporti foloz lill-investituri ta’ kull sena fejn b’mod zbaljat zvijjhom meta kkonferma li l-Fond kien qed jigi gestit skond il-Prospett.  Dawn l-allegazzjonijiet kienu kkonfermati mill-MFSA li imponiet ukoll multi rekord kontra l-VFM u l-BOV.  Dawn tal-ahhar ma appellawx is-sanzjonijiet imposti.

Finco irid  jawgura li l-BOV testendi l-koperazzjoni kollha taghha fil-process tal-Arbitru, u mhux li, b’mod miftuh jew minn taht, tipprova timmanuvra u timmina l-istess process.  Finco tfakkar lil BOV u lil VFM dak li kkommetta ruhu c-Cerman taghhom, John Cassar White f’Dicembru 2014 meta stqarr bil-miktub taht il-firma tieghu dan li gej:

“Jien ghadni nemmen li jekk jinholoq mekkanizmu li permezz tieghu arbitru independenti mahtur skond il-ligi jerga’ jidhol f’kazijiet bhal tieghek u ta’ ohrajn li thossu li ghandkom ilmenti fondati fuq il-mod kif gejtu ittrattati, dawn il-kazijiet jistghu jkunu rizolti.

“Naturalment dan ma jiddependix mill-Bank, izda ahna impenjati li noffru koperazzjoni shiha lil xi ufficjal pubbliku, bhalma jista’ jkun Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji, li jkun irid jerga jezamina dawn il-kazijiet.

“Inwieghed ukoll li jekk jinholoq mekkanizmu legali biex jergghu jkunu ezaminati lmenti bhal tieghek, il-Bank jaghti l-koperazzjoni shiha tieghu lil min ikun mahtur legalment biex jezamina dawn il-kazi”.

Paul Bonello, Finco Treasury Management Ltd