Il-Finco Treasury Management Ltd tavza li b’erba’ decizjonijiet li nghataw it-Tnejn 16 ta’ Dicembru 2019, il-Qorti tal-Appell laqghet l-appell tal-Bank of Valletta li is-“Settlement Agreement” tas-26 ta’ Mejju 2011 fir-rispett tal “La Vallette Multi Manager Property Fund” milhuq bejn il Bank u l-Investituri tal-Fond m’huwiex sindakabli ai termini ta Parti VII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li timplimenta l-“Unfair Contract Terms Directive” tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti ma dahlitx fil-mertu tal-ilment tal-investituri ghaliex iddecediet fuq punt ta’ ligi illi Parti VII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li jimplimenta d-Direttiva dwar Kuntratti Ingusti ma japplikawx ghas-“Settlement Agreement” tas-26 ta’ Mejju 2011.
Ghaldaqstant, il-Qorti tal-Appell ma qablitx mad-decizjoni tal-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji tat-23 ta’ Frar 2018 li kienet laqghat l-ilment ta circa 400 investitur fil-Fond u ordnat kumpens ta circa Euro 3.4 miljun, u ghaldaqstant id-decizjoni tal-Arbitru giet imhassra.
Finco Treasury Management Ltd qieghda, flimkien mal-konsulenti legali taghha, taghmel analizi tad-Decizjonijiet.
Il-kazijiet l-ohra thallew ghad-decizjoni ghall-10 ta’ Jannar 2020.