Stqarrija ghall-istampa – decizjoni tal-arbitru ghas-servizzi finanzjarji dwar la valette multi manager property funds

23/02/2018
Board of Directors

STQARRIJA GHALL-ISTAMPA

L-ARBITRU GHAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA JIDDECIEDI DWAR L-ILMENTI KONTRA LA VALETTE FUNDS SICAV PLC, VALLETTA FUND MANAGEMENT LTD U L-BANK OF VALLETTA FIR-RIGWARD TAL-LA VALETTE MULTI MANAGER PROPERTY FUND, U JAGHTIHOM RAGUN U JIKKUNDANNA LIL PROVDITURI TAS-SERVIZZ GHAL HLAS TAD-DANNI

23 ta’ Frar 2018

SOMMARJU TAD-DECIZJONI

L-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji illum il-Gimgha 23 ta’ Frar 2018 ta id-Decizjoni tieghu dwar l-400 Ilment li saru lilu minn investituri fil-La Valette Multi Manager Property Fund kontra l-La Valette Funds SICAV plc, il-Valletta Fund Management Ltd (illum BOV Asset Management Ltd) u l-Bank of Valletta. 

L-Ilmentaturi kienu assistiti minn Finco Treasury Management Ltd, Independent Financial Advisors, u minn Refalo Zammit Pace, Avukati. 

L-Ilmentaturi sostnew fl-Ilment taghhom li huma sofrew danni ta’ telf ta’ kapital rizultat ta’ negligenza mhux biss rizultat tas-sales practices zbaljati kif inbiegh il-La Valette Property Fund mill-BOV lir-retail investors, izda izjed u izjed fil-mod kif il-Fond gie gestit minn Valletta Fund Management Ltd meta numru kbir ta’ fondi sottostanti li fihom investa l-La Valette Property Fund kienu jiksru l-Investment Restrictions tal-Prospett tal-Fond ghal dak li jirrigwarda l-gearing tal-fondi sottostanti.  Dan il-ksur sar f’numru kbir ta’ fondi sottostanti u b’mod ripetut u kontinwu, u prattikament beda minn meta gie llancjat il-Fond fl-2005 u kompla sa ma gie xolt fl-2012.  Dan il-ksur tal-Investment Restrictions kien dak li kkwaza t-telf tal-Fond.  L-Ilmentaturi kienu wkoll qed jilmentaw dwar il-mod skorrett  kif l-istess BOV, fil-kwalita’ tieghu ta’ Kustodju tal-Fond li kellu jkun il-watchdog ghall-investituri z-zghar u jizgura li kollox kien qed isir kif suppost, spicca zvijja lill-investituri meta mhux biss ma rrapporta l-ebda ksur tal-Investment Restrictions izda rraporta li kollox sar kif suppost.  L-Ilmentaturi lmentaw li l-Offerta tal-BOV ta’ €0.75 kull sehem ta’ Mejju 2011, ftit gimghat qabel ma l-MFSA harget sanzjonijiet cari kontra l-BOV u l-VFM, kienet insufficjenti u unilaterali u ma kienitx torbot lill-Ilmentaturi ghal varji ragunijiet li johorgu mill-Ligi Komunitarjua li tikkoncerna l-Konsumatur u dan peress li din l-Offerta kienet dokument prefissat u redat esklussivament mill-BOV u l-VFM, bla ebda partecipazzjoni minn naha tal-Ilmentaturi, u l-Ilmentaturi ma kellhomx triq ohra hlief li jaccettaw l-Offerta, anke jekk huma qatt ma setghu jiehdu decizjoni infurmata, anke ghaliex ir-Rapport tal-MFSA lanqas kien waslilhom.  Daqstant iehor kien insufficjenti kumpens ulterjuri ta’ €0.25 kull sehem lil sezzjoni ta’ investituri fil-Fond f’Jannar 2013.

L-Arbitru ma laqax l-eccezzjonijiet preliminari tal-provdituri tas-servizz:

i.          L-Arbitru ma laqax l-eccezzjoni li whud mill-ultimate beneficial owners li ghalihom kien qed jidhru Finco Treasury Management Ltd u Hogg Capital Investments Ltd bhala nominee mhumiex klijenti eligibbli. 

ii.         Tant iehor ma laqax l-eccezzjonijiet li l-Arbitru m’ghandux il-kompetenza taht il-ligi li jiddeciedi dwar il-kaz.  L-Arbitru sahaq li l-Kap. 555 li jistabilixxi l-Arbitru hija ligi specjali li taghti l-poter li jittratta lmenti mressqa minn klijenti eligibbli kontra provditur tas-servizz.  Sakemm min jilmenta u kontra min jilmenta jissodisfaw dawn id-definizzjonijiet, ma hemm l-ebda limitazzjoni dwar dan.

iii.        L-eccezzjoni tal-BOV li tghid li l-Arbitru ma kellux poter japplika l-Ligi tal-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 ma ntlaqghetx, u dan ghaliex il-Kap. 555 bl-ebda mod ma jillimitah f’dan is-sens. 

iv.        Lanqas intlaqghu l-eccezzjonijiet tal-preskrizzjoni tal-att rexxissorju ta’ sentejn jew dak tal-preskrizzjoni extra-kontrattwali ta’ sentejn.  L-Arbitru jghid li l-Ilmentaturi ma talbux ir-rexxissjoni tal-kuntratt izda biss li certi klawsoli tal-istess kuntratt kellhom jitqiesu bhala qatt ma ddahhlu kif tipprovdi l-Kap. 378.  Dwar il-preskrizzjoni extra-kontrattwali, l-Arbitru qal li hu dejjem sahaq li l-provvista ta’ servizzi finanzjarji hija wahda kontrattwali.  Il-provdituri tas-servizz kollha b’xi mod dahlu f’din ir-rabta kuntrattwali mal-Ilmentaturi skond il-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund.  Ghalhekk din l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni extra-kontrattwali giet michuda wkoll.Fid-Decizjoni tieghu, l-Arbitru janalizza kull fond sottostanti li kiser l-Investment Restriction (vi) dwar il-gearing, restrizzjoni li ddahhlet bl-iskop li jnaqqas ir-riskju ghall-azzjonisti tal-Fond billi ma jippermettix investiment fi fondi sottostanti li jistghu jissellfu b’mod eccessiv jew spekulatttiv, jew aktar minn 100% tal-attiv net taghhom jew net asset value. Hekk ikkonferma t-tezi tal-Ilmentaturi u dan wara analizi indipendenti mill-Ufficcju tal-Arbitru. 

Kien xoghol il-Fund Manager, il-Valletta Fund Management, li jara li r-ristrezzjonijiet tal-Prospett ma jinkisrux. L-Arbitru jikkonferma t-tezi tal-Ilmentaturi illi jirrizulta li l-Fond investa f’minn tal-anqas disa’ fondi sottostanti bi ksur tal-Investment Restriction tal-Gearing, sia b’mod dirett, kif ukoll b’mod indirett.  L-investimenti li saru bi ksur tal-IR(V) kienu jammontaw ghal parti sostanzjali mill-attiv gross tal-La Valette Property Fund tant, li f’mument minnhom, kienu jammontaw ghal aktar minn zewg terzi jew 66% tal-attiv gross tal-Fond.  Huwa stmat illi d-disa’ investimenti f’fondi sottostanti li nxtraw u nzammu mill-Fond bi ksur tal-Investment Restriction (V) garrbu telf ta’ €33 miljun sal-2011. Illi rizultat tan-nuqqas ta’ osservanza tal-istess restrizzjoni wassal ghal telf fil-valur tal-ishma u dan minhabba negligenza, imperizja u ksur tar-regoli u ligijiet applikabbli fit-tmexxija tal-Fund mill-VFM bhala Manager tal-Fund.  Biex tkompli tiggrava s-sitwazzjoni, l-istess BOV, bhala Kustodju tal-Fond, hareg Custodian Reports annwali ghall-Fond fejn ikkonferma espressament li ma kien sar l-ebda ksur tal-Prospett Supplementari, u b’hekk ma qediex dmiru u zvija lill-investituri ghal snin shah sa mill-2006.

Rizultat tal-vjolazzjoni u ksur tal-obbligi, kemm tal-La Valette Funds SICAV kif ukoll tal-Valletta Fund Management u tal-BOV, l-llmentaturi spiccaw effettivament inghataw ishma f’fond bi profil ta’ riskju totalment differenti minn dak li dahlu ghalih meta ssottoskrivew ghall-istess ishma skond il-Prospectus tal-Fond, u rizultat t’hekk u nuqqasijiet ohra, spiccaw sofrew danni ingenti.

L-Arbitru kien ukoll kritiku fid-Decizjoni tieghu ghall-istruttura kummercjali li fiha kienu qed joperaw il-provdituri tas-servizz li kienet wahda nieqsa minn dawk il-kontrolli indipendenti intizi sabiex jaccertaw illi l-istess provdituri josservaw ir-regoli u l-ligijiet kollha applikabbli u l-kundizzjonijiet kollha tal-Prospett tal-La Valette Property Fund.  Il-Funzjonarji tal-Fond kienu kollha related parties li kellhom diversi konflitti ta’ interess inerenti u li qatt ma setghu ikunu indipendenti minn xulxin, u ghalhekk ma setghux jaqdu l-obbligu li jharsu l-Investment Restriction u li jirrapportaw kwalunkwe ksur tal-istess.  L-interess taghhom kien li izjed ma jikber il-Fond aktar kien jirrendi qliegh lil-Grupp BOV.L-Arbitru jittratta wkoll id-drittijiet tal-konsumatur, kemm fuq livell lokali u anke komunitarju, li permezz tieghu il-principju generali tal-kuntratt u l-pacta sunt servanda, kellha tigi ridefinita b’normi godda u specjali li jillimitaw l-applikabilita’ ta’ din.  Dan specjalment meta jokkorri zbilanc negozjali bejn kummercjant u konsumatur rizultat ta’ kondizzjonijiet standard prefissati mill-kummercjant u li fihom il-konsumatur ma jkunx ippartecipa ghall-formazzjoni jew impozizzjoni taghhom, b’mod li joholqu skwilibriju avvers kontra l-konsumatur. Din hi haga li l-Qrati taghna ilhom jishqu fuqha u jiddeciedu f’dak is-sens.  L-Arbitru analizza l-Offerta ta’ Mejju 2011 tal-BOV fid-dawl ta’ din id-duttrina u ligijiet specjali tal-konsumatur u gurisprudenza.  Wara li jidhol fid-dettall fl-istorja ta’ kif zvolga l-kaz huwa jikkonkludi li “din l-offerta u l-kundizzjonijiet kollha taghha gew stabbiliti mill-provdituri tas-servizz u kienet fuq bazi ta’ ‘take it or leave it minghajr ma l-Ilmentaturi setghu jinnegozjaw it-termini taghha u tal-kuntratt ta’ adezjoni ibbazat fuqha li kienu ser jiffirmaw”.  L-Arbitru ighid li “dawn ic-cirkostanzi kollha f’daqqa jwasslu lill-Arbitru jifhem li l-provdituri tas-servizz dahhlu dawn il-klawsoli fl-Offerta biex joezoneraw ruhhom b’kundizzjonijiet li ffissaw huma inkluz l-ammont offrut, f’cirkustanzi fejn l-Ilmentaturi ma kellhom l-ebda possibilta’ li jinnegozjaw il-ftehim; dan huwa inkompatibbli ma’ kull htiega ta’ buona fededawn il-klazsoli saru biex il-provdituri tas-servizz jaghmlu dak il-hlas li deherilhom li kellhom jaghmlu u jezoneraw irwiehhom darba ghal dejjem”. L-Arbitru jghid li permezz ta’ dan il-kuntratt il-bank irnexxielu jaghmel ‘capping’ tal-liability tieghu meta stipula €0.75 kull sehem, u dan meta “il-prassi hi li l-investitur jigi impoggi fis-sitwazzjoni originali tieghu u jigi rifuz dak li nvesta”.  Fil-fehma tal-Arbitru dawn il-klawsoli huma klawsoli ingusti ai termini ta’ Taqsima VII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Ghal motivi kollha espressi f’din id-Decizjoni, l-Arbitru wasal ghall-konkluzjoni li l-imgieba tal-provdituri tas-servizz ma kienetx wahda gusta, ekwa u ragonevoli fic-cirkostanzi partikolari u merti sostantivi tal-kaz u lanqas ma lahqet l-aspettativi legittimi u ragonevoli tal-Ilmentaturi.  Din l-imgieba wasslet ghal dannu u telf ta’ flus lill-Ilmentaturi kif tintwera f’Appendici (liema mhix qed tkun pubblikata) tad-Decizjoni u turi l-valur tal-Kapital li baqa’ ma thallasx lura u li issa trid tithallas bhala kumpens, u dan jintwera ghal kull wiehed mill-Ilmentaturi.  L-Arbitru jordna lil La Valette Funds SICAV, lil BOV, lil BOV Asset Management Ltd (li hadet post il-Valletta Fund Management Ltd) biex in solidum bejniethom ihallsu kumpens lill-Ilmentaturi ghat-telf li garrbu.L-Arbitru ighid li “il-provdituri tas-servizz kisru diversi regoli imsemmija in konnessjoni mat-thaddim tal-La Valette Multi Manager Property Fund.  Inkisret ukoll ir-regola ewlenijia kemm fl-Investiment Services Guidelines u l-Investment Services Rules, jigifieri dik li l-provditur irid jagixxi qabel xejn fl-interessi tal-konsumatur u tas-suq.  Ma hemm l-ebda dubju li l-provdituri tas-servizz kisru r-Restrizzjoni ta’ Investiment (V) stipulat fil-Prospett Supplimentari, u dan jammonta ghal inadempjenza ta’ obbligazzjoni kuntrattwali li kellhom mal-ilmentaturi. Kull ksur ta’ obbligazzjoni kuntrattwali ghandha l-effett sekondarju tal-hlas tad-danni.  Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ normi regolatorji jwassal lill-Arbitru ghall-fehma li l-provdituri tas-servizz ma kienux qed jaqdu l-obbligi taghhom kif mistenni minn kumpaniji li joperaw fis-settur finanzjarju.  Il-provdituri tas-servizz kisru wkoll l-obbligi fiducjarji u ma agixxewx bhala missier tajjeb tal-familja kif mistenni minnhom”.

L-Arbitru ighid li “minn analizi li ghamel jirrizultalu li l-maggoranza tal-Ilmentaturi kienu diga’ nies anzjani meta ghamlu l-investiment u l-aspettativa taghhom kienet li jidhlu f’investiment sikur ma’ operaturi li jifhmu aktar minnhom, u li kienu ser josservaw il-Prospett Supplementari li hargu huma stess fejn ghamlu self-imposted restrictions li kellhom josservaw.  Kemm l-Arbitru kif ukoll l-MFSA sabu li dan il-provdituri tas-servizz ma ghamluhx”.

L-Arbitru hu konvint ukoll li l-inadempjenza tal-provditur tas-servizz, kemm mal-Prospett Suppelimentari kif ukol mal-ligijiet u regoli, wasslu ghat-telf li garrbu l-Ilmentaturi li rnexxielhom jippruvaw li l-investimenti li ghamlu l-provdituri tas-servizz saru b’abbuz ta’ dawn il-limitazzjonijiet u huma garrbu telf fl-investiment taghhom”.

L-Arbitru jordna il-hlas tal-imghax legali bit-8% mid-data ta’ meta kull Ilmentatur ipprezenta l-Ilment tieghu quddiem l-Arbitru sad-data tal-effettiv pagament.

L-ispejjez legali ta’ dan  il-kaz ghandhom jithallsu mill-istess provdituri tas-servizz.

“L-Arbitru jordna li l-kumpens lill-Ilmentaturi ghandu jinghata minnufih.  L-Arbitru jghid illi l-providitur tas-servizz ghandhom ikunu konxji li hafna mill-Ilmentaturi huma nies avvanzati fl-eta’ u ilhom jistennew dan il-hlas ghal hafna snin.  Il-provdituri tas-servizz huma operaturi kbar fis-suq lokali u bieghu il-La Valette Multi Manager Property Fund fuq skala estensiva fejn gew affettwati hafna klijenti zghar u ghalhekk ghandhom igorru r-responsabilita’ socjali taghhom.  Il-provdituri tas-servizz kien messhom ikunu  jafu li kemm fiz-zmien li sar l-investiment kif ukoll illum, operatur tas-servizz fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ghandu jhares il-principju ewlieni li jrid jagixxi dejjem b’mod professjonali, gust, u fl-ahjar interessi tal-konsumatur u tas-suq”.

Izid l-Arbitru li l-Bank of Valletta, BOV Asset Management Ltd u La Valette Funds SICAV ghandhom ir-responsabbilta’ li jipprotegu l-integrita’ u r-reputazzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja li huma jmexxu.  In-nuqqas ta’ twettieq immedjat ta’ din id-decizjoni jista’ jwassal ghal riskju fit-telf tar-reputazzjoni ta’ din l-istutuzzjoni bankarja.  Ir-riskju fit-telf tar-reputazzjoni f’dan il-kuntest tista’ ggor maghha responsabbilta’ manigerjali li t-tmexxija tal-provdituri tas-servizz involuti ghandhom ikunu konxji minnha.  Dan il-kaz ilu jkarkar is-snin u t-tmexxija tal-provdituri tas-servizz odjerni ghandhom okkazjoni biex b’din id-decizjoni jaghlqu dan il-kaz mal-Ilmentaturi darba ghal dejjem”.

Il-valur ta’ danni akkordati mill-Arbitru huma stmati madwar €3,440,000, apparti l-imghax legali ta’ 8% mid-data li saret l-Ilment mal-Arbitru.

Tmiem

Finco Treasury Management Ltd