Onorevoli Prim Ministru, Ministri, Kap tal-Oppozizzjoni, Membri tal-Parlament, Kollaboraturi, Klijenti u Mistiedna Ohra
Nibda biex nirringrazzjakom talli ghogobkom tilqghu l-istedina li tingabru maghna biex niccelebraw kif xieraq il-25 Anniversarju minn meta iffondat ruhha il-Finco.
Tabilhaqq fl-1989, is-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta kienu ghadu fi stat embrijoniku. L-Att tal-Malta International Business Activities kien ghadu kif appena ghadda mill-Parlament u kien qed jibni fuq il-Merchant Shipping Act ta’ ftit snin qabel, liema ligijiet fethu t-triq biex Malta tizviluppa s-servizzi terzjarji fis-settur finanzjarju bil-hsieb li ssir centru stabilit ta’ reputazzjoni ta’ servizzi finanzjarji internazzjonali. Kien hemm opportunita’ cara ghall-membri tal-vari professjonijiet involuti biex ikunu huma l-pijunieri u jibnu l-pedament ta’ infrastruttura ta’ servizzi wiesgha lil numru dejjem aktar lil barranin li jaghzlu li jistabilixxu ruhhom f’pajjizna.
Allura fl-1989 jiena hadt din l-isfida, u assistit minn impjegata wahda, stabilejt il-Finco Trust u bdejna nipprovdu servizzi fiducjari u ohrajn ancillari lil klijenti barranin. Bl-ghajnuna bla qies tal-kollegi diretturi tieghi li wara ftit dahlu jaqsmu l-piz mieghi – Arthur Galea Salomone u Angelo Buhagiar – Finco Trust kibret matul is-snin ta’ wara bhala organizazzjoni multi-dixxiplinarja fejn setghu jinghataw servizzi varji lil hinn mis-servizzi fiducjarji li bdejn bihom, biex maz-zmien bdejna nipprovdu wkoll servizzi ta’ business consulting, accounting u servizzi ta’ taxxa, u fuq kollox servizzi ta’ investiment, u dana kemm lil barranin kif ukoll persuni lokali, kemm lil kumpanniji kif ukoll lil persuni fizici. L-organizzazzjoni taghna kompliet tespandi biex issa ninsabu sebgha partners u staff complement ta’ 30, filwaqt li nkomplu naghtu servizz lil madwar 1500 klijent.
Il-mertu tas-success tal-Finco Trust huwa ta’ hafna, izda b’mod partikolari tal-impjegati taghha matul dawn is-snin, izjed u izjed lil dawk l-uhud li qabzu l-15 –il sena maghna, u ohrajn anke l-20 sena. Tabilhaqq is-sigriet ghas-success taghna jinsab fl-atmosfera ta’ moral gholi fost l-istaff li allura kien jispira motivazzjoni u kien ir-raguni ta’ staff turnover baxxa ferm.
Il-filosofija tal-Finco Trust jista’ jingabar fi tlett kelmiet: Integrita’, Esperjenza u Fiducja. Integrita ghaliex f’kull ma naghmlu npoggu importanza kbira li nagixxu dejjem fl-ahjar interess tal-klijenti taghna bi standards etici l-aktar gholja u minghajr kunflitti ta’ interess, u dan mhux livell formali li jissodisfa dak li titlob il-ligi, izda fuq sisien ta’ kultura sostantiva u reali. Esperjenza ghaliex f’kull ma naghmlu nesigu fuqna nfusna li nahdmu biex nilhqu l-aktar standards ezigenti f’kull qasam u li, iva, alavolja nafu li l-perfezzjoni hija impossibbli, xorta nippruvaw inkunu perfezzjonisti. U wara li nkunu hdiemna b’Integrita u b’Esperjenza, wahedha tiehu postha t-tielet sieq tal-motto taghna: l-Fiducja tal-klijenti fina, liema fiducja ttina karriera professjonali ta’ sodisfazzjon.
Ahna ninsabu kburin bil-fatt li matul dawn il-25 sena l-organizazzjoni kibret dejjem, sena wara l-ohra. Izda l-akbar soddisfazjoni mhux tant ir-rizultati ta’ turnover, ta’ qliegh jew xi mizura ekonomika ohra, izda l-fatt li matul dawn il-25 sena ma kellniex lanqas kaz wiehed ta’ lment minn xi klijent insodisffatt kontra l-organizazzjoni taghna mar-regolatur taghna fil-vari setturi li nahdmu fihom.
Allura, fil-waqt li nharsu lura lejn dawn il-25 sena b’soddisfjon, ahna m’ahniex bi hsiebna, kif jinghad bl-Ingliz, to rest on our laurels. Ahna tabilhaqq nafu li l-fiducja tal-klijenti hija haga li wiehed irid jahdem ghaliha kull jum, u kull gurnata mill-gdid. Kunfidenti li jekk naghmlu hekk, jekk Alla jrid, il-Finco Trust tkompli tkun organizazzjoni ta’ success fil-futur u jkollna okkazjonijiet ohra bhal din biex niccelebraw milestones ohra.
Onorevoli Prim Ministru, nirringrazzjak talli ghogbok tonorona bil-prezenza tieghek il-lejla – u dana minkejja l-impenji wiehed fl-iehor tal-kariga tieghek kif ukoll ic-celebrazzjonijiet ta’ milestone iehor – din id-darba fuq livell nazzjonali, l-40 Sena tar-Repubblika ta’ Malta.
Nixtieq nistieden lil kulhadd biex jixrob ad unur din l-okazzjoni fil-waqt li nistieden lill Prim Ministru jindirizza lill-mistiedna taghna.
Grazzi Hafna.