It-tilwima dwar il-la valette multi manager property fund mal-bank of valletta u l-valletta fund management

27/11/2014

Finco Treasury Management ghandha l-pjacir tistqarr li fil-kazijiet kollha fejn kienet qed tassisti lill-investituri fil-Property Fund li ma kienux accettaw l-Offerta Kondizzjonali ta’ €0.75 kull sehem tal-Bank of Valletta ta’ Mejju  2011, kif ukoll dawk kollha li ghamlu lment ta’ misselling kontra l-Bank dwar il-bejgh ta’ perpetual securites bhal Lehman u ohrajn, dawn inghalqu peress li saru Settlement Agreements mal-BOV b’mod mill-aktar soddisacenti.  Madankollu it-tilwima dwar il-Property Fund u kif din taffettwa lil madwar 2500 investitur li kienu effettivament imgieghla jaccettaw il-kumpens fqir ta’ €0.75 kull sehem ghadha bla soluzzjoni.

Finco trid tfakkar lill-pubbliku generali li l-allegazzjonijiet ta’ Finco Treasury Management ta’ gestjoni hazina tal-Fond mill-Valletta Fund Management, b’mod partikolari l-investiment fi fondi sottostanti li kienu jiksru l-Investment Restrictions tal-Prospett tal-Fond, kif ukoll ir-rapurtagg falz li sar mill-BOV bhala Kustodju matul is-snin, kif ukoll il-misselling practices estensiv involut, kienu lkoll ikkonfermati mill-MFSA fi tlett investigazzjonijiet separati.  Dana irrizulta f’Sanzjonijiet Amministrattivi u Multi f’livell rekord kontra l-Bank.  Dawn id-decizjonijiet ta’ htija tal-Bank ma gewx  appellati. 

F’cirkostanzi bhal dawn, hija l-prattika generali li l-Bank li nstab hati jaghti rimbors shih tal-kapital investit u l-imghax.  Fil-fatt, id-Direttur Generali tal-MFSA ta’ dak iz-zmien, Dr Andre’ Camilleri, f’ittra iffirmata minnu stess u indirizzata lil Bank ighid li l-investituri “should be compensated in full for the losses incurred with regards to their investment”.   Madankollu, f’kontradizzjoni ohra tar-regolatur, l-MFSA accettat fis-skiet li l-Bank jaghmel offerta ta’ kumpens parzjali ta’ €0.75 kull sehem biex hekk halla lill-investituri bin-nieqes ta’ madwar €0.25 u €0.45 kull sehem, u dan minghajr ma wiehed jikkonsidra d-dhul mitluf.  Anke dak in-numru zghir ta’ investituri li kienu fi Jannar 2013 inghataw €0.25 kumpens addizzjonali ghaliex kienu wkoll instabu li lanqas biss kienu jikkwalifikaw bhala investituri fil-Fond ghadhom ukoll bin-nieqes ghaliex ilkoll kienu xtraw l-ishma mhux b’ €1 kull sehem izda ghal prezz ta’ bejn €1.05 u €1.22 kull sehem.

Il-pozizzjoni tal-BOV hija li l-investituri, meta accettaw €0.75 kull sehem, kienu accettaw dan “in full and final settlement”.  Il-Bank isostni din il-pozizzjoni minkejja li jaf li l-accettazzjoni tal-Offerta Kondizzjonali ta’ €0.75 kull sehem f’Mejju 2011 saret f’cirkostanzi fejn l-investituri ma setghux jiehdu decizjoni fuq bazi infurmata.  Bizzejjed wiehed jikkonsidra li r-Rapporti tal-MFSA li sabu lil BOV u VFM  fit-tort kienu ccirkolati lill-investituri rizultat ta’ azzjoni gudizzjarja kontra l-istess MFSA, u dana 25 gurnata wara li l-BOV ghamel l-Offerta meta hafna mill-investituri kienu diga’ lahqu issottomettew l-accettazzjoni taghhom. 

L-investituri ghandhom ikunu jafu li ricentament kien jidher li nstabet soluzzjoni ghal din it-tilwima wara li John Cassar White, Chairman tal-Bank, fl-ahhar accetta li  jissottometti t-tilwima ghal arbitragg.  Izda wara ftit granet, John Cassar White rega’ lura minn kliemu dwar dan l-arrangament u rega’ sostna li l-Bank ma kienx ippreparat jissottometti ruhu ghal mekkanizmu li jikkonsidra dak li huwa “fair and equitable” u dana peress li jsostni li l-investituri kienu accettaw il-€0.75 in full and final settlement.  Din hija l-pozizzjoni tal-Bank li jikkonsidra ruhu l-Consumer Bank of the Year u the Bank that Cares.

Sa ftit taz-zmien ilu, izda qabel ma lahaq Chairman tal-Bank, John Cassar White kien jakkuza lil dawk ta’ qablu bhala “BOV top brass very busy trying to ensure that the winds of change never ruffle their feathers, having become so insensitive to their customers’ rights that they must feel that they have the guaranteed support of regulators and political quarters”. [1] Sa dak iz-zmien huwa kien qed jipprevedi li “the winds of change will clear up the mess at BOV soon” [2] u jawgura li “din is-saga tal-Property Fund tintemm malajr ghax qed issir hafna hsara lill-fiducja tal-investituri fis-sistema finanzjarja”. [3] Izda dan kien fis-Sajf 2012 u issa li lahaq fejn ried l-attitudni tieghu inbidlet f’lehha ta’ berqa.

Da parti taghha Finco ma tbiddilx il-pozizzjoni taghha fuq bazi ta’ konvenjenza u ser tibqa’ ssus sa kemm din il-kwestjoni tinghalaq kif inhu xieraq meta ssir gustizzja mal-aspettativi legittimi tal-investituri retail u konsumaturi tal-Bank.


[1] 29 t’Awwissu 2012

[2] 29 t’Awwissu 2012

[3] 18 ta’ Mejju 2012