Onorevoli Prim Ministru, Ministri, Kap tal-Oppozizzjoni, Membri tal-Parlament, Kollaboraturi, Klijenti u Mistiedna Ohra

Nibda biex nirringrazzjakom talli ghogobkom tilqghu l-istedina li tingabru maghna biex niccelebraw kif xieraq il-25 Anniversarju minn meta iffondat ruhha il-Finco.

Tabilhaqq  fl-1989, is-settur tas-servizzi  finanzjarji ta’ Malta kienu ghadu  fi stat embrijoniku.  L-Att tal-Malta International Business Activities kien ghadu kif appena ghadda mill-Parlament u kien qed jibni fuq il-Merchant Shipping Act ta’ ftit snin qabel, liema ligijiet fethu t-triq biex Malta tizviluppa s-servizzi terzjarji fis-settur finanzjarju bil-hsieb li ssir centru stabilit ta’ reputazzjoni ta’ servizzi finanzjarji internazzjonali.  Kien hemm opportunita’ cara ghall-membri tal-vari professjonijiet involuti biex ikunu huma l-pijunieri u jibnu l-pedament ta’ infrastruttura ta’ servizzi wiesgha lil numru dejjem aktar lil barranin li jaghzlu li jistabilixxu ruhhom f’pajjizna. 

Allura fl-1989 jiena hadt din l-isfida, u assistit minn impjegata wahda, stabilejt il-Finco Trust u bdejna nipprovdu servizzi fiducjari u ohrajn ancillari lil klijenti barranin.  Bl-ghajnuna bla qies tal-kollegi diretturi tieghi li wara ftit dahlu jaqsmu l-piz mieghi - Arthur Galea Salomone u Angelo Buhagiar – Finco Trust kibret matul is-snin ta’ wara bhala organizazzjoni multi-dixxiplinarja fejn setghu jinghataw servizzi varji lil hinn mis-servizzi fiducjarji li bdejn bihom, biex maz-zmien bdejna nipprovdu wkoll servizzi ta’ business consulting, accounting u servizzi ta’ taxxa, u fuq kollox servizzi ta’ investiment, u dana kemm lil barranin kif ukoll persuni lokali, kemm lil kumpanniji kif ukoll lil persuni fizici.  L-organizzazzjoni taghna kompliet tespandi biex issa ninsabu sebgha partners u  staff complement ta’ 30, filwaqt li nkomplu naghtu servizz lil madwar 1500 klijent. 

Il-mertu tas-success tal-Finco Trust huwa ta’ hafna, izda b’mod partikolari tal-impjegati taghha matul dawn is-snin, izjed u izjed lil dawk l-uhud li qabzu l-15 –il sena maghna, u ohrajn anke l-20 sena.  Tabilhaqq is-sigriet ghas-success taghna jinsab fl-atmosfera ta’ moral gholi fost l-istaff li allura kien jispira motivazzjoni u kien ir-raguni ta’ staff turnover baxxa ferm. 

Il-filosofija tal-Finco Trust jista’ jingabar fi tlett kelmiet:  Integrita’, Esperjenza u Fiducja.  Integrita ghaliex f’kull ma naghmlu npoggu importanza kbira li nagixxu dejjem fl-ahjar interess tal-klijenti taghna bi standards etici l-aktar gholja u minghajr kunflitti ta’ interess, u dan mhux livell formali li jissodisfa dak li titlob il-ligi, izda fuq sisien ta’ kultura sostantiva u reali. Esperjenza ghaliex f’kull ma naghmlu nesigu fuqna nfusna li nahdmu biex nilhqu l-aktar standards ezigenti f’kull qasam u li, iva, alavolja nafu li l-perfezzjoni hija impossibbli, xorta nippruvaw inkunu perfezzjonisti.  U wara li nkunu hdiemna b’Integrita u b’Esperjenza, wahedha tiehu postha t-tielet sieq tal-motto taghna: l-Fiducja tal-klijenti fina, liema fiducja ttina karriera professjonali ta’ sodisfazzjon.    

Ahna ninsabu kburin bil-fatt li matul dawn il-25 sena l-organizazzjoni kibret dejjem, sena wara l-ohra.  Izda l-akbar soddisfazjoni mhux tant ir-rizultati ta’ turnover, ta’ qliegh jew xi mizura ekonomika ohra, izda l-fatt li matul dawn il-25 sena ma kellniex lanqas kaz wiehed ta’ lment minn xi klijent insodisffatt kontra l-organizazzjoni taghna mar-regolatur taghna fil-vari setturi li nahdmu fihom.    

Allura, fil-waqt li nharsu lura lejn dawn il-25 sena b’soddisfjon, ahna m’ahniex bi hsiebna, kif jinghad bl-Ingliz, to rest on our laurels.  Ahna tabilhaqq nafu li l-fiducja tal-klijenti hija haga li wiehed irid jahdem ghaliha kull jum, u kull gurnata mill-gdid.  Kunfidenti li jekk naghmlu hekk, jekk Alla jrid, il-Finco Trust tkompli tkun organizazzjoni ta’ success fil-futur u jkollna okkazjonijiet ohra bhal din biex niccelebraw milestones ohra. 

Onorevoli Prim Ministru, nirringrazzjak talli ghogbok tonorona bil-prezenza tieghek il-lejla – u dana minkejja l-impenji wiehed fl-iehor tal-kariga tieghek kif ukoll ic-celebrazzjonijiet ta’ milestone iehor – din id-darba fuq livell nazzjonali, l-40 Sena tar-Repubblika ta’ Malta. 

Nixtieq nistieden lil kulhadd biex jixrob ad unur din l-okazzjoni fil-waqt li nistieden lill Prim Ministru jindirizza lill-mistiedna taghna.

Grazzi Hafna. 

Stay

Connected

Members of
Finance Malta LogoMalta chamber of commerce logoMalta institute of Accountants logoIFSP logo
Finco Group

The Bastions Office No. 2,
Triq Emvin Cremona,
Floriana FRN 1281, Malta

Tel: (+356) 21220002

Fax: (+356) 21243280

Email: info@fincotrust.com